Il-bajd qed tixtrih għola mis-sena l-oħra?

Il-prezz tal-bajd f’Malta għola bi 30% meta kkumparat ma’ Jannar tas-sena l-oħra.
Dan ħareġ minn stħarriġ li għamlet il-Eurostat li analizza ż-żieda fil-prezzijiet tal-bajd fl-Unjoni Ewropea.
Mill-istħarriġ ħareġ li kull pajjiż fl-Ewropa, anke dawk li mhumiex parti mill-Unjoni Ewropea, irreġistraw żieda fil-prezzijiet tal-bajd.
L-agħar pajjiż li ntlaqat kien ir-Repubblika Ċeka li rreġistrat żieda ta’ 85%. Filwaqt li n-Norveġja rreġistrat l-inqas żieda, dik ta’ 8.6%.
Ritratt: healthline