Terry ta’ Bormla, magħrufa għall-filmati li ttella’ fuq il-midja soċjali, issa legalment rikonoxxuta bħala mara.
STRADA RJALI tkellem ma’ Terry li qaltilna li tinsab kuntenta ħafna.
“Illum inħossni qisni twelidt mill-ġdid ħa nkun onesta. Din qatt ma kont nobsor li ħa sseħħ xi darba li minn issa ‘l quddiem ix-xewqa li kelli mit-twelid s’issa li nkun mara u kburija li jien mara.”
Terry tirringrazzja lil kull min għenha. “Nirringrazzja lin-nutar Polidano li tant sibtu ta’ għajnuna. Grazzi tas-sapport li kulħadd wera miegħi, fosthom lill-ħbieb tiegħi li dejjem sibthom wara. Illum inħossni kburija ħafna. Dejjem xtaqt li nkun mara… iva għalkemm ma twelidx mara imma llum għandi kollox ta’ mara.”