Ir-rebbieħ ta’ Malta’s Got Talent, Kyran Bonello, illum iltaqa’ mal-Papa Franġisku.
Ma’ STRADA RJALI, Kyran esprima l-ferħ tiegħu. “Kien mument speċjali ħafna. Mument li mhu ħa ninsa qatt matul ħajti kollha.
Jgħidilna kif lill-Papa qallu bix-xewqa li għandu. “Għedtlu li nixtieq insir qassis u kantajtlu silta minn Panis Angelicus.” Il-Papa Franġisku, kif jidher, tah il-barka tiegħu.
Jiddeskrivi lill-Papa bħala bniedem ta’ paċi. “Jittrasmetti paċi u ferħ lejn in-nies.”
Kyran Bonello rebaħ it-tieni staġun ta’ Malta’s Got Talent.