“Luca għalina inti perfett” – Annalise Ellul
Illum qed jiġi mfakkar il-Jum internazzjonali tad-Down’s Syndrome.
15-il sena ilu, iż-żeffiena Annalise Ellul, il-21 ta’ Marzu sar tifsira ta’ ċelebrazzjoni ta’ binha Luca.
Fuq Facebook appellat lil kulħadd, anke dawk li m’għandhom ħadd mill-familja bid-Down’s Syndrom biex jiċċelebra dan il-jum magħhom, biex jiċċelebraw id-diversità flimkien.
Annalise Ellul stqarret li tiddejjaq bil-kliem li jużaw in-nies biex jiddeskrivu lil binha.
“Nixtieq naqsam il-ħsibijiet tiegħi fuq din il-ġurnata speċjali bħal omm ta’ żagħżugħ li għandu d-Down’s Syndrome. Meta kien żgħir qatt ma inkwetajt fuq is-soċjetà għaliex dejjem rawh bħala ‘anġlu’ jew ‘barka’ (kliem li ma jogħġobnix).”
Esprimiet ukoll l-inkwiet tagħha la Luca jikber u jsir raġel. “Se jibqgħu jgħidulu “kemm hu ħelu” meta ma jġibx ruħu sew fil-pubbliku?”
Tistqarr li l-imħabba tagħhom lejh mhijiex se tinbidel.
“Aħna nħobbu lit-tifel tagħha minkejja d-dijanjosi li twieled biha. Xorta huwa Luca tagħna u xejn u ħadd mhu se jbiddel l-imħabba tagħna għalih. Luca għalina inti perfett u dejjem hekk se tibqa’.”