Malta titlef kontra l-Italja b’żewġ gowls fl-ewwel taqsima
Malta titlef il-partita mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA EURO 2024 li kellha llejla kontra l-Italja bl-iskor ta’ 2-0.
Fil-bidu tal-logħba, it-tim Malti kellu ċans li jiftaħ l-iskor meta b’xutt ta’ Alexander Satariano xeħet lejn il-lasta, iżda l-goalkeeper Taljan Gianluigi Donnarumma jagħmel save u jagħti corner għal Malta.
Il-goalkeeper Malti Henry Bonello ftit tal-minuti wara wkoll ġab save tax-xutt ta’ Bryan Cristante li rriżulta f’corner għat-Taljani. Mill-azzjoni tal-corner, it-tim Taljan fil-15-il minuta fetaħ l-iskor b’gowl ta’ Mateo Retegui. It-tieni gowl wasal fis-27 minuta b’gowl ta’ Matteo Pessina.
It-tim Malti fi grupp Ċ għadu bla punti wara żewġ logħbiet. L-Italja b’din ir-rebħa telgħu fit-tieni post wara t-tim Ingliż.
L-attendenza għal din il-logħba li ntlagħbet fl-Istadium Nazzjonali, Ta’ Qali kienet ta’ madwar 16,000.
Ritratt: MFA