Maltija bl-Awtiżmu se ddoqq f’festival fil-Finlandja

 Maltija bl-Awtiżmu se ddoqq f’festival fil-Finlandja

Alessia Bonnici, ta’ 17-il sena u li qiegħda fuq l-ispettru tal-awtiżmu hija l-Maltija li se ddoqq fil-Finlandja f’April li ġej. Hija se tkun qed iddoq fl-Access Tamere Next Generation Culture Festival 2023. F’dan il-festival, Alessia se tkun qed tippreżenta il-vidjow mużikali tagħha stess Ale’s Project.

Għal Alessia, il-mużika u l-arti offrewlha mod b’saħħtu biex tesprima ruħha u biex tesperjenza ta’ kif tkun fid-dinja li tagħti ferħ u sodisfazzjoni. Minbarra li l-mużika pprovdiet lil Alessia sens ta’ libertà, tatha iżjed kunfidenza biex tinteraġġixxi ma’ nies oħra u tat iktar sens lil ħajjitha.

Alessia hija studenta fil-Malta School of Music, fejn qiegħda tipprepara għad-diploma fil-pjanu. Hi wkoll qed issegwi mudell ibridu ta’ kors A-level ma’ Trinity Laban Conservatoire f’Londra. Alessia tattendi wkoll Villabianca – Centre for Music and the Arts, proġett minn The Malta Trust Foundation.

Il-parteċipazzjoni ta’ Alessia fl-Access Tampere, Next Generation Culture Festival 2023 ġentilment qed jiġi appoġġjat mill-Arts Council Malta u The Malta Trust Foundation. Żuru https://alessiabonnici.com/ sabiex issiru tafu iżjed dwar Alessia u tarawha ddoqq.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com