Riċetta li jista’ jsajjar kulħadd illejla

 Riċetta li jista’ jsajjar kulħadd illejla

Jekk ma tafx x’se ssajjar illejla, STRADA RJALI b’kollaborazzjoni ma’ Piscopo Garden għandna r-riċetta għalik.

Il-koka Marsiella Camilleri għandha riċetta eċċezzjonali għalikom, l-Ispalla tal-Majjal b’differenza.

Allura jekk illejla għadek qed taħseb x’tista’ ssajjar jew trid timpressjona lil xi ħadd, għandna din ir-riċeta għalik.

L-Ispalla tal-Majjal.

L-Ingredjenti: 

  • mazz sagħtar (imqatta’)
  • 2 zkuk ta’ klin (imqatta’)
  • 4 weraq saġġ (imqatta’)
  • 2 sinniet tewm  (imqatta’)
  • mgħarfa mustarda
  • 200ml stokk tat-tiġieġ

Il-Metodu:
Ilħaq ssaħħan il-forn bejn 150°C – 170°C

  • Taġen sħun biex tissiġġilla l-ispalla tal-majjal
  • Żid 2 mgħaref żejt tat-tisjir fit-taġen li fuqu hemm l-ispalla tal-majjal u żid melħ u bżar
  • Ladarba tkun issiġġillajtu, bi brush iksi l-majjal bil-mustarda u wara rrumblah fil-ħwawar aromatiċi mqattgħin
  • Poġġi l-majjal f’dixx tal-forn, żid l-istokk taħt il-majjal, għattih bil-fojl u ħallih isir għal siegħa, siegħa u nofs
  • Wara ħallih jistrieħ 30 minuta, qatta’ l-majjal f’biċċiet u tista’ sservih

Din ir-riċetta u oħrajna se jkunu f’attività Herb Weekend li Piscopo Garden se jtella’ dan il-weekend li ġej (mill-31 ta’ Marzu li hi festa pubblika sal-Ħadd 2 ta’ April) mid-9:00am sas-6:00pm.

F’din l-attività se jkun hemm offerti speċjali fuq firxa kbira ta’ ħwawar.

Mużika, atmosfera mill-aqwa, attivitajiet għat-tfal, u ħafna aktar huma garantiti! Dħul u parking huma b’xejn.

Bilħaqq, l-annimali ukoll huma mistiedna!
Għal iżjed informazzjoni tista’ tidħol fuq www.piscopogardens.com jew tista’ ċċempel fuq  2158 3755.

Link fuq il-website: https://piscopogardens.com/events/
FB event: https://fb.me/e/4iBpFw8FK
FB Page: https://www.facebook.com/PiscopoGardens/

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com