Se jsir tibdil fil-funerali f’Malta

 Se jsir tibdil fil-funerali f’Malta

Coffin, people and funeral with death, grief and service with family carry casket to grave outdoor

Mill-10 ta’ April li ġej, is-saċerdoti se jibdew jilqgħu l-koreto funebri fil-bieb tal-knisja, minflok jakkumpanjah mill-kamra mortwarja.

Kelliema għall-Arċidjoqesi ta’ Malta qalet li din id-deċiżjoni ttieħdet wara konsulazzjoni mal-kappillani.

“Dan minħabba li n-numru ta’ kleru fil-parroċċi qiegħed dejjem jonqos, il-ħin tal-vjaġġ dejjem qed ikompli jitwal, u l-bżonn li s-saċerdoti jkunu preżenti fil-knisja qabel il-funeral biex ikunu ta’ wens għall-qraba u l-ħbieb, u għall-qrar.”

Il-Kelliema żiedet tgħid li s-saċerdoti se jibqgħu ikunu preżenti meta tmut persuna kif ukoll jakkumpanjaw lill-qraba mill-knisja saċ-ċimiterju fejn issir id-difna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com