“Xejn ma tagħmel f’din id-dar!”

 “Xejn ma tagħmel f’din id-dar!”

Lista ta’ ħames soluzzjonijiet għall-problemi li kulħadd jiltaqa’ magħhom id-dar. Jieħdu ftit ħin imma jagħmlu differenza kbira, uħud minnhom japplikaw ukoll għall-postijiet tax-xogħol.

1. Naddaf it-toilet wara li tkun użajtu

2. Meta tneħħi ż-żarbun ara li titfgħu f’postu u mhux tħallih fejn ġie ġie

3. L-istess għall-ħwejjeġ, itfagħhom ġol-bin, imma qabel issepara l-qalziet ta’ taħt minn mal-qalziet.

Ritratt: istock

4. Jekk ma fadalx toilet paper qis li tpoġġi ieħor minfloku. Ħadd ma jieħu pjaċir jidħol fil-bathroom jagħmel faċenda u jispiċċa jimsaħ bil-kalzetta (jekk ikun liebes kalzetti fuq kollox!).

5. It-toothpaste, f’ġieħ kemm hemm agħlaq it-tapp u jekk jogħġbok agħfsu minn isfel u mhux min-nofs! L-istess jingħad għax-showergel, agħlaq dak l-imbierek tapp.

BONUS:
Meta tiżbarazza u taħsel il-platti, naddaf il-mejda u l-cooker ukoll!… eh bilħaqq, u jekk jaqa’ xi ikel fis-sink, iġbru u armih u wara naddaf is-sink ukoll.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com