Il-Fiera l-Kbira se tirritorna wara tliet snin

 Il-Fiera l-Kbira se tirritorna wara tliet snin

Il-Fiera l-Kbira se tirritorna akbar minn qatt qabel wara nuqqas ta’ tliet snin, b’16-il sezzjoni differenti b’varjetà għal kulħadd (ara l-lista ta’ sezzjonijiet fl-aħħar ta’ dan l-artiklu).

Għal din is-sena, flimkien mal-organizzaturi oriġinali Charles Polidano u Reuben Caruana ngħaqdu d-DANUSAN, li f’konferenza tal-aħbarijiet li saret is-Sibt filgħodu taw id-dettalji ta’ x’wieħed se jsib fil-Fiera l-Kbira li se ssir f’Montekristo Estate bejn is-6 u s-16 ta’ Lulju.

Fost il-ħafna attivitajiet li hemm ippreparati, dawk li se jattendu se jkollhom iċ-ċans li jirbħu premijiet kontinwament; l-esebituri se jkunu intervistati biex jagħtu spjegazzjoni aktar ddettaljata ta’ dak li jkunu qed joffru; filwaqt li l-Calypso se jkun qed ixandar dirett mill-Fiera l-Kbira.

Kif ukoll, b’differenza għas-snin ta’ qabel, il-Fiera l-Kbira se tagħlaq kuljum b’kunċert.

Għal aktar dettalji segwu s-sit www.fierakbira.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com