Ben Hur jibqa’ fost l-aktar film favorit għal dan iż-żmien tas-sena
Ben Hur fost l-aktar films popolari għal dan iż-żmien tas-sena. Inħareġ 64 sena ilu, f’Novembru tal-1959, u sal-lum għadu mal-lista ta’ l-aqwa films li nħarġu. Fil-fatt, Ben Hur huwa l-uniku produzzjoni ta’ Hollywood li hija inkluża fil-lista ta’ films approvati mill-Vatikan fil-kategorija tar-reliġjon.
Oriġinarjament, il-film kien maħsub li jsir fl-1956 u kellu jkun l-attur Marlon Brando fl-irwol prinċipali minflok Charlton Heston.
Ben Hur, huwa wieħed mill-unika tliet films li qatt rebħu 11-il Oscar, it-tnejn l-oħra huma Titanic u The Lord of the Rings: The Return of the King.
Intant, din hija l-lista tal-aktar films popolari għal dan iż-żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa:
- Ben Hur – 1959
- The Passion of the Christ – 2004
- The Greatest Story Ever Told – 1965
- Jesus Christ Superstar – 1973
- The Prince of Egypt – 1998
- Jesus of Nazareth – 1977
- King of Kings – 1961
- Risen – 2016
- The 10 Commadments – 1956
- Mary Magdalene – 2018