Different Not Less – Kanzunetta li tqajjem għarfien dwar l-awtiżmu

 Different Not Less – Kanzunetta li tqajjem għarfien dwar l-awtiżmu

Different Not Less hija l-kanzunetta ġdida tal-band lokali Different Minds. Il-kanzunetta ġiet imnedija fil-bidu ta’ April, ix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar l-awtiżmu; fil-fatt, il-ħsieb wara l-lirika tal-kanzunetta hu biex tenfasizza fuq l-importanza li persuni awtistiċi ma jiġux ittimbrati, filwaqt li jingħataw l-istess opportunitajiet fil-ħajja tagħhom.

Il-kliem tal-kanzunetta hu miktub mill-kitarrist akustiku tal-band Jason Mizzi u bintu Nicole, mużika mill-kantant Robert G b’arranġamenti mill-membri l-oħra tal-band magħmula minn Elton Abela fuq il-pjanu, Godwin Debono fuq il-bass guitar, Jeff Hailey fuq il-kitarra elettronika u Julio Guintero fuq id-drums, bi produzzjoni ta’ Cyprian Cassar.

Different Not Less hija s-sitt single ta’ Different Minds fl-aħħar snin. Fost l-iktar popolari nsibu Across the Borderline u Helping Hand.

Tistgħu ssegwu lil din il-band fuq il-paġna ta’ Facebook – Different Minds Malta.

Isma s-single hawnhekk:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com