Birkirkara jonqoshom punt biex jirbħu l-league

It-tim tal-futbol tan-nisa ta’ Birkirkara jinsabu punt biss ‘il bogħod mir-rebħ tal-11-il kampjonat tagħhom. Dan kollox se jkun deċiżiv fil-logħba ta’ għada li għandhom kontra t-tim ta’ Raiders Lia fit-8.00pm fis-Centenary Stadium.
Ilejla, fit-8.30 hemm il-partita bejn Swieqi United u Hibernians u t-Tnejn li ġej Mtarfa kontra San Ġwann. Il-Logħob kollu se jkun fis-Centenary Stadium.
Ritratt: MFA Women’s Football FB