Żagħżugħ ta’ 15-il sena u raġel iweġġgħu gravi f’inċident

 Żagħżugħ ta’ 15-il sena u raġel iweġġgħu gravi f’inċident
Żagħżugħ ta’ 15-il sena u raġel ta’ 43 sena weġġgħu gravi f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ għal xi 12.45pm fi Triq tal-Barrani, iż-Żejtun.
L-inċident seħħ kawża ta’ ħabta bejn 3 vetturi; waħda misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti Ħal Qormi, oħra minn Albaniż ta’ 29 sena residenti Birżebbuġa u vettura oħra li fiha kien hemm iż-żewġ vittmi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u l-persuni midruba ttieħdu l-isptar b’ambulanza. Huma ġew iċċertifikati li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin. 
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com