Fl-Indja eks politiku jinqatel live fuq it-televiżjoni

 Fl-Indja eks politiku jinqatel live fuq it-televiżjoni

Eks politiku Indjan, Atiq Ahmed, u ħuh inqatlu waqt xandira diretta fuq it-televiżjoni.

F’Marzu li għadda, l-eks politiku kien instab ħati fuq numru ta’ akkużi. Fil-fatt, huwa kien qed jeskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs dwar omiċidji u ħtif ta’ persuni fost oħrajn.

Fil-ħin li ġew sparati tiri f’rasu, Ahmed kien eskoratat mill-pulizija waqt li kien qed iwieġeb għal xi mistoqsijiet tal-ġurnalisti s-Sibt filgħaxija. Tliet irġiel li kienu qed jagħmluha ta’ ġurnalisti ġew arrestati minnufih.

Dan il-każ seħħ jiem wara li iben Ahdem ukoll ġie maqtul b’tiri f’rasu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com