Inti għandek vizzju?

 Inti għandek vizzju?

Hawn min joqgħod igerrem id-dwiefer, min issibu jilgħab ma’ xagħru, min il-ħin kollu jigdem xofftejh, hawn min il-ħin kollu jtektek id-dwiefer mal-mejda u hawn joqgħod inaqqar imnieħru.

Il-vizzji. Imma dawn għalfejn nagħmluhom?

STRADA RJALI tkellmet ma’ Danica Cassar minn Willingness li qaltilna li dawn joriġinaw minn età żgħira.

“3 minn kull 10 tifel u tifla ġeneralment jagħmlu waħda minn dawn l-imġiba. Irridu naraw minn fejn hu ġejj dan il-vizzju. Dan jista’ jkun qed juri ansjetà, dwejjaq, nervi jew inkunu xbajna.”

Il-vizzji tgħidilna li jista’ jkun ta’ ħsara jew le.

“Dan jiddependi mill-frekwenza, jiġifieri minn kemm-il darba qed nagħmlu din l-imġiba. Hemm min minħabba din l-imġiba jkollu OCD. BB’hekk importanti li din l-imġiba nieħdu ħsiebha minn età żgħira. Kif? Jeżistu mediċini u teżisti wkoll terapija li tgħin lill-individwu jikkontrolla l-imġiba tiegħu.”

Dan l-artiklu ġie miġjub lilek b’kollaborazzjoni ma’ Willingness.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com