L-isem Adidas mhuwiex kif ħafna jaħsbu

It-tifsira tad-ditta Adidas ‘All Day I Dream About Sport’ hija biss ħrafa. Minkejja li tagħmel sens, ħafna nies issa qed jirealizzaw li dik il-frażi hija biss xi ħaġa vvintata minn xi ħadd, li iżda daret mal-erbgħat irjieħ tad-dinja.
L-isem Adidas hija taħlita tal-isem tal-fundatur tal-kumpanija, il-Ġermaniż Adolf ‘Adi’ Dassler. Huwa kien skarpan, li beda l-kumpanija globali mid-dar ta’ ommu.