Raġel fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Birkirkara

 Raġel fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Birkirkara

Sewwieq ta’ mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ dal-lejl għall-ħabta ta’ nofsilejl fi Triq Dun Karm, Birkirkara.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Peugeot Tweet misjuq mill-vittma, Pakistani ta’ 29 sena residenti Birkirkara, Dacia Sandero misjuqa minn Serb ta’ 36 sena residenti l-Gżira u Nissan Qashqai misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Pietà.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku. Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo li ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com