“L-Istati Uniti għall-Infern” – Donald Trump

L-Eks President Donald Trump stqarr li l-Istati Uniti sejra l-Infern.
Huwa qal hekk wara li wieġeb mhux ħati li ffalsifika rekords ta’ negozju biex jaħbi informazzjoni qabel l-elezzjoni tal-2016.
Donald Trump ġie mixli b’34 akkuża f’Qorti f’Manhattan f’New York ilbieraħ.
Dawn l-akkużi huma dwar flus li allegatament ħallas lill-porn star, Stormy Daniels.
Donald Trump huwa l-ewwel President tal-Amerika li qed jaffaċċja proċess kriminali.
Ritratt: BBC News