Pariġi tivvota li tipprojbixxi l-kiri tal-iscooters elettriċi

 Pariġi tivvota li tipprojbixxi l-kiri tal-iscooters elettriċi

Iċ-ċittadini tal-belt kapitali Franċiża, Pariġi, ilbieraħ ivvotaw biex jipprojbixxu l-kiri ta’ scooters elettriċi fil-belt tagħhom. Fil-fatt, 90% tal-voti fir-referendum kienu favur din il-projbizzjoni, madanakollu kienu biss 8% tan-nies eleġibbli għal din il-votazzjoni li ħarġu jivvotaw.

Kienu ftit aktar minn 103,000 biss minn kważi 1.4 miljun ruħ li ħarġu jivvotaw.

Ir-referendum sar b’reazzjoni għal numru ta’ inċidenti serji u anke fatalitajiet, li kien qed jiżdied kawża tal-iscooters elettriċi.

Pariġi kienet waħda mill-ewwel bliet li daħħlu l-użu ta’ dawn l-iscooters, li iżda mill-ewwel kien hemm tħassib dwarhom għal mod perikoluż ta’ kif in-nies kienu qed isuquhom. Fil-fatt, dawk li jsuqu dawn l-iscooters, rari kienu jilbsu lbies protettv; dan apparti li kienu qed jiġu pparkjati b’mod traskurat fuq il-bankini tal-belt Franċiża.

Ritratt: Benjamin Girette/Bloomberg

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com