Anzjana tittajjar f’Birżebbuġa

 Anzjana tittajjar f’Birżebbuġa

Anzjana ta’ 72 sena weġġgħet gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-08.40 fi Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta l-anzjana ntlaqat minn Isuzu ELF misjuq minn raġel ta’ 22 sena li joqgħod Ħal Għaxaq.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-mara. Hija ttieħdet l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com