Raġel attakkat mill-klieb tiegħu stess fl-Imsida
Breeder tal-klieb, li l-klieb tiegħu stess kienu qatlu lil nanntu tliet snin ilu, kellu jittieħed l-isptar wara attawkh il-klieb tiegħu matul il-lejl li għadda.
L-inċident seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, meta saħansitra r-raġel kellu jitla’ fuq saqaf ta’ karozza li kien hemm ipparkjata biswit id-dar tiegħu biex jaħrab mill-klieb.
Fuq il-post issejjħu uffiċjali tal-Ħarsien tal-Annimali u veterinarju li kkalma l-klieb b’mediċina apposta.
Intant, waqt proċeduri kriminali għal qtil tan-nanna tar-raġel, kien irriżulta li l-klieb kellhom ġrieħi, li l-veterinarji jemmnu li jistgħu jkunu marki ta’ ġrieħi li ġarrbu waqt ġlied tal-klieb. Fi proċeduri separati, ir-raġel ma kienx instab ħati dwar moħqrija tal-annimali.
Din l-istorja ġabet stmerrija fost dawk li kkummentaw fuq il-mezzi soċjali, b’ħafna jistaqsu x’se jiġri mill-klieb.
F’kummenti ma’ STRADA RJALI, Il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali, Alison Bezzina, qalet li hija talbet lid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali biex issir spezzjon f’kull post li għandu r-raġel biex jaraw li l-klieb fir-residenza/i humiex miżmuma fi stat tajjeb.