Raġel iweġġa’ gravi f’inċident
Indjan ta’ 33 sena residenti s-Swieqi weġġa’ gravi f’inċident li seħħ f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għal xi l-9.45pm, fi Vjal Sir Paul Boffa.
Dan wara ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti l-Isla, u mutur misjuq mill-Indjan.
Filwaqt li l-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Ritratt: The Malta Police Force