X’għandek tiżra’ dan ix-xahar?

 X’għandek tiżra’ dan ix-xahar?

Jekk tixtieq tibda tkabbar il-ħxejjex jew il-frott inti jew għandek kurżità jew dubju fuq x’għandek tiżra’ f’April, ħaġa waħda nistgħu naċċertawk minnha, li għandek minn fejn tagħżel.

Dawn huma l-ħxejjex u l-frott li għandek tiżra’:

  • Qamħarrun (Corn)
  • Ħjar (Cucumber)
  • Kurrad (leaks)
  • Zunnarija (Carrots)
  • Ħass (Lettuce)
  • Kaboċċi (Cabbages)
  • Pastard (Cauliflower)
  • Bettieħ (Melons)
  • Okra/Bambja (Okra)
  • Dulliegħ (Watermelon)
  • Qarabagħli (Zucchini)
  • Rukola (Rocket Leaf)
  • Pitravi (Beetroots)
  • Qargħa Ħamra (Pumpkin)  
  • Tadam (Tomatoes)

U għal min huwa dilettant tal-ħwawar, dawn li ġejjin huma dawk li għandek tiżra’ f’April:

  • Balzmun (Balm) – Dan jintuża fis-sopop, mili u froġa. Dan jinżera 10 pulzieri distanza.
  • Nagħniegħ (Mint) – Dan jintuża fiz-zlazi u mal-ħaruf. Dan jinżera 9 pulzieri distanza.
  • Stragun (Tarragon) – Dan jintuża fl-insalata, zlazi, stuffat u froġa. Dan jinżera 24 pulzier distanza.

Inti x’se tiżra’ dan ix-xahar?

Dan l-artiklu ġie miġjub lilek b’kollaborazzjoni ma’ Piscopo Gardens.

Għal iktar informazzjoni żur is-sit: piscopogardens.com, il-blog: piscopogardens.com/blog/ jew il-paġna ta’ Facebook: facebook.com/PiscopoGardens 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com