It-temp għall-Ġimgħa l-Kbira mistenni jkun ċlampu

 It-temp għall-Ġimgħa l-Kbira mistenni jkun ċlampu

Il-jiem li ġejjin se jkunu mimlija attivitajiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa. L-attivitajiet jibdew minn għada, l-Erbgħa tat-Tniebri, fejn fil-fatt, fil-Belt Vittoriosa se ssir il-Purċissjoni s-Sewda fit-8 ta’ filgħaxija.

L-attivtajiet jissoktaw l-għada, Ħamis ix-Xirka fejn bosta devoti jibdew is-seba’ visti fil-knejjes madwar Malta u Għawdex; filwaqt li bosta jagħżlu li jmorru fuq is-Salib tal-Għolja fis-Siġġiewi, b’pajsaġġ imżejjen b’numru ta’ fjakkoli.

Nhar il-Ġimgħa l-Kbira mbgħad numru ta’ rħula jorganizzaw il-purċissjoni bil-vari.

Sibt il-Għid, il-Knisja tkompli biċ-ċelebrazzjonijiet tagħha bl‑Arċisqof imexxi l‑liturġija tal‑Vġili tal‑Għid.

Ħadd il-Għid tisskota l-akbar festa kattolika, il-Qawmien mill-Mewt ta’ Ġesù Kristu. Dakinhar isiru l-purċissjonijiet bi Kristu Rxoxt.

Nagħtu ħarsa kif se jkun it-temp għal dawn il-jiem:

Għada l-Erbgħa, it-temp se jkun pjuttost imsaħħab b’ċans ta’ ftit xita waranofsinhar.
L-ogħla temperatura se tkun 17°C u l-inqas 11°C.

Il-Ħamis, it-temp se jkun il-biċċa l-kbira xemxi.
L-ogħla temperatura se tkun 17°C u l-inqas 10°C.

Il-Ġimgħa, it-temp se jkun Imsaħħab u ċlampu.
L-ogħla temperatura se tkun 16°C u l-inqas 8°C.

Is-Sibt, it-temp se jkun ġeneralment xemxi  bi ftit xita matul il-lejl.
L-ogħla temperatura se tkun 17°C u l-inqas 11°C.

Il-Ħadd, it-temp se jkun bi ftit xita għall-ewwel li jsir bnazzi.
L-ogħla temperatura se tkun 17°C u l-inqas 10°C.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com