X’inhu jiġri fuq il-Knisja ta’ San Pawl?
Il-pitturi fuq is-saqaf tal-Knisja ta’ San Pawl kienu f’riskju li jġarrbu ħsarat estensivi kawża tax-xita li daħlet.
Flimkien ma’ Antoine Bonello, Direttur ta’ The Resin and Membrane Centre, tlajna fuq il-bejt ta’ din il-Knisja.
Spjegalna s-sitwazzjoni li sabu qabel ma bdew il-ħidma tagħhom.
“Is-sitwazzjoni li sibna ma kinitx waħda sabiħa. Kien hawn membrane antik tat-tapit li għamel iktar ħsara milli ġid. Id-deffun kellna nittrattawh, kellna nikkonsolidawh u mbagħad kellna nissiġġillaw b’kollox b’materjal iktar modern.”
Jispjega x’sar iktar biex jeqilbu din is-sitwazzjoni.
“Il-waterproofing li għamilna hawnhekk kien studjat biex jiflaħ ir-riħ għax hawnhekk hawn l-għoli, viċin il-baħar u anke biex jiflaħ ix-xita. Ħsiebna wkoll għax-xemx għax hawnhekk hawn pitturi importanti ħafna illi ma ridniex ikunu suġġett għas-sħana. Il-membrane li użajna magħmul minn resin u fih thermal insulation li jirrifletti r-raġġi tax-xemx kollha. Allura l-binja fis-sajf tibqa’ kiesħa u fix-xitwa żżomm it-temperatura li jkollha ġewwa. B’hekk nibżgħu biex biss għall-bejt imma wkoll għall-pittura.”
Dan it-tip ta’ membrane jintuża wkoll f’binjiet residenzjali. B’dan il-mod ikollok il-protezzjoni tkun għas-sena kollha.
Għalhekk żur The Resin and Membrane Centre biex isserraħ rasek li ma tidħollokx qatra ilma mis-saqaf u fis-sajf ma jkollokx sħana. Ċempel fuq 27477647 jew 99477647 jew ibgħat imejl fuq [email protected]
Ritratt: L-Arċidjoċesi ta’ Malta