Żewġ sewwieqa ta’ mutur iweġġgħu gravi

 Żewġ sewwieqa ta’ mutur iweġġgħu gravi
Żewġt irġiel weġġgħu gravi f’żewġ inċidenti tat-traffiku lbieraħ.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:00pm, fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun. Raġel ta’ 77 sena weġġa’ wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza misjuqa minn mara ta’ 26 sena minn Ħal Safi.

It-tieni inċident seħħ għas-sitta ta’ filgħaxija, fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Ħal Luqa. Raġel ta’ 48 sena li joqgħod Ħaż-Żabbar tilef il-kotroll tal-mutur li kien qed isuq, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.

Fiż-żewġ inċidenti, tim mediku assistenza u ż-żewġt irġiel ittieħdu l-isptar għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com