Tikolx dan il-lewż

 Tikolx dan il-lewż

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħareġ avviż dwar il-prodott Organic Almonds – Japanese Tamari.

Fi stqarrija, id-Direttorat imsemmi fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika stqarr li jixtieq jinforma lill-pubbliku, li dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba livelli għoljin ta’ ċjanur (cyanide)

 

Deskrizzjoni tal-prodott: Organic almonds – Japanese Tamari
Ditta: Landgarten
Data tad-durabbilità: Best Before 15/12/2023
Użin: 50g

 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected].

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com