Dan huwa l-kelb il-baħar li qatel żagħżugħ fl-Eġittu… Kulma smajt kien “Papà, salvani…” jgħid missier Vladmir

 Dan huwa l-kelb il-baħar li qatel żagħżugħ fl-Eġittu…  Kulma smajt kien “Papà, salvani…” jgħid missier Vladmir

Iż-żagħżugħ Russu Vladimir Popov (23) mar joqgħod ma’ missieru fir-resort Eġizzjan ta’ Hurghada ftit tax-xhur ilu, x’aktarx biex jevita li jkun rekluta fil-gwerra fl-Ukrajna. F’dak iż-żmien, x’aktarx ma kellu l-ebda idea x’destin terribbli kien se jiġrilu. Miet nhar il-Ħamis f’attakk ta’ kelb il-baħar u għal dan l-avveniment traġiku kien hemm missieru.

“Aħna morna l-bajja biex nirrilassaw. Ibni ġie attakkat minn kelb il-baħar. Il-midja l-ewwel irrapportat li t-tfajla ta’ Vladimir irnexxielha taħrab mill-baħar wara l-attakk fuq Vladimir, iżda missieru jgħid li mhux minnu. Skontu, fejn kien Vladimir, ma kien hemm ħadd li jista’ jgħinu.
“Kif jista’ xi ħadd jgħin lilu? qal il-missier.

Iżid jgħid li l-ġrajja sfortunata li fiha nqatel ibnu kienet “destin ħażin” għax kif jgħid, il-bajja li kienu fuqha kienet meqjusa sigura. S’issa, l-attakki seħħew biss fuq bajjiet selvaġġi.

Yuri qed jippjana li jiġbor il-fdalijiet ta’ ibnu u jieħu l-irmied tiegħu fir-Russja.

L-attakk seħħ fuq il-bajja f’Hurghada. Kif resaq il-kelb il-baħar, xi ħadd beda jgħajjat, “Għum, għum! Għaġġel, kelb il-baħar”. Fuq il-filmat miġbud minn dawk li kien hemm, tinstema’ l-għajta ta’ Vladimir: “Papà, papà, salvani!”.
Wieħed li kien hemm qal li għall-ewwel darba ra b’għajnejh kif kelb il-baħar qatel lil xi ħadd.

Dan il-kelb il-baħar inqabad wara l-attakk. Fil-filmat li aktar tard ġie ppubblikat, wieħed jista’ jara kif l-annimal maqtul ġie mkaxkar lejn ix-xatt.
L-awtoritajiet Eġizzjani kkonfermaw li l-katavru tal-kelb il-baħar ġie mgħoddi għal riċerka sabiex isiru jafu l-kawżi tal-imġieba tiegħu u jiddeterminaw jekk huwiex l-istess wieħed li attakka lil xi nies oħra f’diversi inċidenti ta’ qabel”.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com