Il-Ministru Ian Borg qed jattendi għall-funeral tal-eks Prim Ministru Silvio Berlusconi

 Il-Ministru Ian Borg qed jattendi għall-funeral tal-eks Prim Ministru Silvio Berlusconi
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg qed jattendi għall-funeral tal-eks Prim Ministru tal-Italja Silvio Berlusconi li ħalla din id-dinja nhar it-Tnejn 12 ta’ Ġunju 2023 fl-eta’ ta’ 86 sena. Silvio Berlusconi serva bħala Prim Ministru tal-Italja bejn l-1994-1995, l-2001-2006 u l-2008-2011.
Il-Ministru Ian Borg kien qed jattendi f’isem il-Gvern Malti, wara stedina tal-Gvern Taljan għal dan il-funeral statali.
F’isem il-Gvern u l-poplu Malti, il-Ministru Ian Borg għadda l-kondoljanzi sinċiera tiegħu lill-familjari tiegħu u anke membri tal-Gvern Taljan – primarjament il-Viċi Prim Ministru Antonio Tajani.
Il-funeral sar fid-Duomo ta’ Milan u għalih attendew dinjitarji minn madwar id-dinja kollha.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com