Inti għall-miljuni x’tagħmel?
Meta Cristiano Ronaldo ddeċieda li jitlaq mill-futbol Ewropew u jiffirma kuntratt faraoniku ma’ Al Nassr FC tas-Saudi Arabia qajjem diversi diskussjonijiet.
Kulħadd ħadha bi kbira li wieħed mill-aqwa plejers ta’ dejjem iddeċieda li jingħaqad ma’ klabb Għarbi f’kampjonat li mhux popolari. L-akbar kritika kienet li Ronaldo nxtara għall-miljuni tax-Xejiki.
Wara Ronaldo, anke Benzema għamel bħalu fejn l-istilla Franċiża telaq lill-aktar klabb glorjuż fid-dinja, dak ta’ Real Madrid biex ingħaqad ma’ Al Ittihad. Issa jidher li ħafna aktar stilel se jimxu fl-istess passi u jmorru jilagħbu f’dan il-kampjonat.
Intom x’taħsbu? Għall-flus titilqu f’kampjonati u pajjiżi remoti?