Irvellijiet qed iseħħu f’Pariġi wara l-mewt ta’ Nahel M ta’ 17-il sena wara li ġie sparat minn uffiċjal tal-pulizija f’punt ta’ kontroll.

 Irvellijiet qed iseħħu f’Pariġi wara l-mewt ta’ Nahel M ta’ 17-il sena wara li ġie sparat minn uffiċjal tal-pulizija f’punt ta’ kontroll.

Il-każ seħħ ilbieraħ, 27 ta’ Ġunju, f’Nanterre, Franza fejn iż-żagħżugħ deher jitwaqqaf mill-pulizija.Huwa allegatament naqas milli jikkonforma ma’ ordni tal-pulizija u kien se jibqa jsuq. Allegatament, dan kien dak li wassal lill-pulizija biex jisparaw fuq iż-żagħżugħ, u Nahel kellu jdawwar it-triq biex jsib l-għajnuna medika. Iż-żagħżugħ miet bil-feriti tal-balal f’sidru.

Wara li miet, inqalgħu l- Irvellijiet f’Pariġi fejn id-dimostranti dehru jagħtu n-nar lis-sala tal-belt distrettwali kif ukoll xi karozzi.

L-uffiċjali tal-pulizija Franċiżi nżammu arrestati u qed jiġu investigati għall-omiċidju tat-tifel. Tqajmu ħafna mistoqsijiet dwar dan l-inċident u saru sejħiet għal investigazzjoni.

Il-President Franċiż Emmanuel Macron iddikjara li dan l-inċident “ċaqlaq in-nazzjon kollu” u iddeskrivi l-isparatura bħala”inspjegabbli “.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com