L-ikel tradizzjonali ta’ Malta

 L-ikel tradizzjonali ta’ Malta
Dan huwa l-ikel li ħafna jassoċjaw ma’ Malta. Fil-fatt, ħafna minnu għadu jittiekel fid-djar Maltin b’mod pjuttost regolari. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn ir-riċetti ma jiswewx ħafna flus, riflessjoni taż-żminijiet diffiċli li għaddew minnhom in-nies ta’ dawn il-gżejjer. Iżda l-kapaċità tal-kok Malti li jħawwar l-ikel u joħroġ l-aqwa togħma mill-aktar qatgħat ta’ laħam ordinarji hija xi ħaġa fenomenali. Dan, flimkien mal-użu tal-aktar ingredjenti friski immaġinabbli, jagħmel l-ikel Malti ferm appetituż u li żgur iħajrek biex idduqu. Dawn huma xi eżempji ta’ ikel Trdaizzjonali :
Bebbux – l-istess kif isir fi Franza, il-bebbux fl-istil Malti jiġi servut f’zalza bbażata fuq it-tewm. Kun żgur li jkollok abbundanza ta’ ħobż tal-Malti biex tkun tista’ tbillu fiz-zalza.
Stuffat:  Ir-riċetti tal-istuffat Malti huma rikki ħafna u kważi dejjem ikunu bbażati fuq it-tadam. Għall-istuffat tal-laħam, bl-aktar popolari jkun dak tal-majjal, tintuża l-aktar varjetà lokali bnina. Iżda jekk trid idduq xi ħaġa differenti, ipprova l-Istuffat tal-Qarnit – hija taħlita ta’ ingredjenti b’zalza mill-aktar bnina u mħawwra, fejn il-qarnita tissajjar stuffat ma’ ħxejjex bħal patata u bużbież.
Fenek: Il-fenek ilu jittiekel fil-gżejjer Maltin sekli sħaħ. Jekk tordna dan il-platt f’ristorant, kun żgur li jintuża l-fenek lokali – il-laħam tiegħu huwa aktar tari, filwaqt li t-togħma tiegħu hija ferm aktar qawwija mill-varjetajiet li jiġu importati. Il-Maltin iservu l-fenek kemm moqli kif ukoll stuffat, iżda ingredjent komuni fiż-żewġ verżjonijiet huwa t-tewm, li jintuża fi proporzjonijiet kbar – għalhekk, ma għandniex xi ngħidu, dan żgur mhuwiex platt ikel li għandek tordna meta toħroġ ma’ xi ħadd għall-ewwel darba!
Torti: It-torti Maltin ma’ tanx jiġu servuti f’ħafna ristoranti. Il-varjetajiet moderni jinkludu kull xorta ta’ mili, iżda l-aktar torta tradizzjonali tkun mimlija b’taħlita ta’ rkotta, bajd u tursin. Xi drabi jiżdiedu wkoll biċċiet tal-bejken Malti, piżelli jew ful, prodott agrikolu tant popolari fil-kċina lokali (disponibbli biss fir-rebbiegħa).

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com