Ngħaddu għall-fażi finali tal-Ewropa għal darb’oħra

 Ngħaddu għall-fażi finali tal-Ewropa għal darb’oħra

It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo jerġa’ jagħmilha!

Bir-rebħa tal-bieraħ fuq il-Bulgarija, it-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo reġa’ kkwalifika għall-fażi finali tal-kampjonat Ewropew 2024 li se jsiru ġewwa Iżrael f’Jannar li ġej.
Għalkemm għal din l-edizzjoni kien hemm diversi wċuħ ġodda u ta’ età żgħira, it-tim Malti rnexxielu jikkwalifika fit-2 post wara l-Ġermanja u b’hekk jikseb id-dritt li jerġa’ jikkompeti mal-aqwa tal-Ewropa.

Dan ir-riżultat żgur jawgura tajjeb għall-futur u wieħed jawgura aktar progress f’dan l-isport popolari mal-Maltin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com