Silvio Berlusconi, l-eks Prim Ministru Taljan imut

Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt tal-Eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi, li kellu 86 sena.
L-Eks Prim Ministru Taljan miet l-isptar, imdawwar min-nies li kienu l-iktar viċin tiegħu. F’April, Berlusconi ngħata l-kura għall-infezzjoni fil-pulmun marbuta ma’ każ ta’ lewkimja kronika li ma kienx żvelat qabel.
Berlusconi kien anke mdaħħal fil-futbol, mis-sena 1986 sal-2017 kien il-propjetarju tal-A.C. Milan, huwa l-President ta’ Monza F.C, u huwa wkoll il-fundatur tal-Mediaset.
Il-Mexxej tal-Partit Forza Italia jibqa’ mfakkar mhux biss għall-gvernijiet li mexxa, iżda anke għall-imperu li bena fil-qasam tax-xandir.