X’qed jiġri?

 X’qed jiġri?

Inti għandek Netflix? Stenna, stenna. Inti għandek Netflix għax għandek lil xi ħadd li jħallashulek? (avolja wegħidtu li se tħallsu kull xahar)

Jew inti n-naħa l-oħra tal-munita? Li tħalli lil ħaddieħor jużalek Netflix u ma jħallsekx lura?

Inti fuq liema naħa inti, riċentament, Netflix stqarr li jekk inti ser tuża dan is-servizz, il-profil jista’ jintuża biss minn dawk li joqogħdu fl-istess dar miegħek.

Il-Kumpanija ta’ Netflix qalet li din il-pjattaforma kienet ta’ suċċess u l-għan tagħha dejjem kien li meta wieħed iħallas għal dan is-servizz, huwa jintuża biss mill-persuni li joqogħdu fl-istess dar. Madankollu, qalu wkoll li huma konxji tal-fatt li ċerta persuni jgħaddu l-password tagħhom lil ħaddieħor, avolja ma joqogħdux fl-istess binja. B’hekk issa, meta wieħed jixtri dan is-servizz, jista’ jaqsmu biss mal-persuni li joqogħdu fl-istess dar. Però, serraħ moħħok. Il-kumpanija mhux ser tuża l-GPS sabiex tara jekk inti hux qiegħed fl-istess binja tal-oħrajn. Minflok, se tuża l-IP address biex tara jekk in-nies li qed jużawh, hux jagħmlu użu mill-istess internet. B’hekk il-kumpanija tkun tista’ tikkonkludi li dawn verament qegħdin viċin xulxin. Mill-banda l-oħra, jekk hemm membru li ma jgħixx f’darek u jixtieq juża l-profil tiegħek, huwa jrid iħallas $7.99 iktar fix-xahar.

Inti x’taħseb dwar dan kollu?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com