Balzan jgħaddu għat-tieni round tal-UEFA Conference League

 Balzan jgħaddu għat-tieni round tal-UEFA Conference League

Balzan ilbieraħ evitaw traġedja sportiva meta b’gowl fil-ħin barrani kkwalifikaw għat-2 round tal-UEFA Conference League wara li fil-ground taċ-Ċentinarju ġew megħluba bl-iskor ta’ 3-1 minn Domzale ta’ Slovenja. 

Domzale ħasdu lil Balzan u sad-90 minuta kienu qed jerbħu 3-0, riżultat li kieku baqa’ hekk kien joħodna għall-penalties wara li Balzan kienu rebħu barra minn darhom 4-1. 

Però gowl ta’ Prates fil-ħin barrani qata’ s-sentenza biex b’hekk Balzan javvanzaw għar-round li jmiss. 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com