Jilagħbu għal 260,000 oħra

 Jilagħbu għal 260,000 oħra

Illum il-klabbs tal-Gżira u Birkirkara jilagħbu t-tieni leg tal-ewwel round tal-UEFA Conference League li jfisser introjtu ta’ madwar €260,000 oħra minbarra l-prestiġġju li tilgħab round ieħor fl-Ewropa.

Birkirkara jilqgħu fil-ground taċ-Ċentinarju lil Maribor ta’ Slovenja wara li fl-ewwel leg il-logħba spiċċat fi draw ta’ 1-1. Gżira United imorru l-Irlanda ta’ Fuq biex jaffrontaw lil Glentoran ġo Belfast.

Anke din il-logħba fl-ewwel leg spiccat fi draw din id-darba ta’ 2-2.  Biex il-Maltin jikkwalifikaw iridu bilfors rebħa, f’każ ta’ draw imorru għall-ħin barrani. Nawguraw suċċess lil dawn iż-żewġ klabbs.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com