Gżira, Balzan u Birkirkara jiddebuttaw fl-Ewropa

 Gżira, Balzan u Birkirkara jiddebuttaw fl-Ewropa

Illum il-klabbs Maltin ta’ Birkirkara, Balzan u Gżira jidħlu fix-xena tal-kompetizzjonijiet Ewropej, meta jilagħbu l-ewwel leg tal-ewwel round tal-UEFA Conference League.

Gżira jilagħbu ġol-grawnd taċ-Ċentinarju kontra t-tim tal-Irlanda ta’ Fuq Glentoran, Birkirkara kontra Maribor u Balzan kontra Domzale, it-tnejn ġo Slovenja.

Wieħed jistenna li l-Maltin jiksbu riżultati tajbin u kif ġara s-sena l-oħra jgħaddu għat-2 round ta’ din il-kompetizzjoni.

Id-dilettanti kollha tal-futbol Malti jkunu qed jistennew bi ħġarhom dan il-logħob kemm minħabba l-prestiġju kif ukoll minħabba li dan ikun id-debutt u jkunu jistgħu josservaw l-akkwisti l-ġodda ta’ dawn il-klabbs.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com