Riżultati tajba għall-Maltin. Possibiltà ta’ 3 klabbs Maltin fit-tieni round.

 Riżultati tajba għall-Maltin. Possibiltà ta’ 3 klabbs Maltin fit-tieni round.

Ilbieraħ il-klabbs ta’ Balzan, Birkirkara u Gżira kellhom riżultati tajba li jpoġġuhom favoriti li jghaddu għar-round li jmiss meta l-ġimgħa d-dieħla jilagħbu t-2 leg.

Balzan kisbu rebħa kbira bl-iskor ta’ 4-1 barra minn darhom kontra Domzale biex nistgħu ngħidu li miraklu biss jista’ jaqla’ lil Balzan mit-tieni round.

Gżira United kisbu draw ta’ 2-2 kontra Glentoran tal-Irlanda ta’ Fuq biex il-ġimgha d-dieħla jitilgħu Belfast jittamaw li jerġgħu jirrepetu dak li għamlu fl-aħħar snin.

Bkara kellhom l-aktar għadma iebsa u ħarġu bl-unuri meta f’barra minn darhom kisbu draw ta’ 1-1 kontra Maribor f’logħba li kienu minn fuq għal ħafna ħin u sofrew minn deċiżjonijiet dubjużi tal-uffiċjali tal-logħba.

Kollox għall-ġimgħa d-dieħla bil-possibbiltà li jkollna 3 timijiet Maltin fit-tieni round tal-kompetizzjonijiet Ewropej.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com