Gzira jilqaw lil FC91 Dudelange tal-Lussemburgu fil-Grawnd taċ-Ċentinarju
Illum, Gżira United jagħlqu t-tlitt ijiem ta’ logħob għall-klabbs Maltin fl-Ewropa. Fil-grawnd taċ-Ċentinarju, huma ser jilqgħu lil F91 Dudelange tal-Lussemburgu. Gżira se jilagħbu f’dan ir-rawnd wara li eliminaw lil Glentoran F.C. permezz tal-lotterija tal-penalties. Ftit snin ilu, dan it-tim barrani ġie eliminat minn klabb ieħor Malti, Valletta F.C. li kienu taħt it-tmexxija tal-kowċ Darren Abdilla li bħalissa jinsab il-kowċ tal-Gżira.
FC Dudelange huwa tim rinomat fil-Lussemburgu fejn rebħu l-kampjonat għal sittax-il darba bl-aħħar darba kien fl-istaġun 2020/21.
Il-logħba se tintlagħab fis-7 ta filgħaxija.