Gżira viċin kwalifikazzjoni oħra għat-tielet rawnd

 Gżira viċin kwalifikazzjoni oħra għat-tielet rawnd

Ilbieraħ, Gżira United F.C. għamlu pass importanti biex jgħaddu għat-tielet rawnd tal-UEFA Conference League. Fil-grawnd taċ-Ċentinarju, huma għelbu lil F91 Dudelange bl-iskor ta’ 2-0. It-tattika ta’ Gżira United kienet li stennew lill-avversarji tagħhom, bit-tama li jaqbduhom bil-kontra-attakki kif fil-fatt ġara. Fit-tieni taqsima, il-klabb tal-Lussemburgu spiċċa jilgħab b’għaxar players. Il-ġimgħa d-dieħla, riżultat ta’ dro jkun biżżejjed biex Gżira United F.C. jerġgħu jilagħbu fit-tielet rawnd.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com