Gżira jneħħu 6 plejers sa issa

 Gżira jneħħu 6 plejers sa issa

Il-klabb ta’ Gżira United FC ilbieraħ trasferixxa lill-plejer internazzjonali Malti Steve Nene Pisani lil Santa Luċija biex dan ikun is-6 plejer li l-istess klabb neħħa f’dan ix-xahar ta’ trasferimenti.

Il-policy ta’ Gżira kienet ċara mill-bidu tal-istaġun, dik li jniżżel l-ammont ta’ pagi kemm jista’ kif ukoll idaħħal ammonti ta’ euros minn dawn it-trasferimenti.

Wara Jefferson, Maxuell, il-Captin Niki Muscat, Marco Cosic, Jean Paul Attard issa kien imiss lin-Nene li jitlaq lil dan il-klabb li fl-aħħar snin kien meqjus bħala klabb mudell u stabbilit.

Wieħed jifhem li matul il-jiem li ġejjin jista’ jkollna iktar tluq fejn il-Kroat Toni Kollega qed jattira interess minn diversi klabbs lokali u anke internazzjonali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com