Malta titlef mal-Polonja

 Malta titlef mal-Polonja

Ilbieraħ kompla l-Kampjonat Ewropew ta’ taħt is-19-il sena fejn it-tim Portugiż għeleb lil dak Taljan bl-iskor ta’ 5-1 filwaqt li it-tim nazzjonali Malti tilef mal-Polonja bl-iskor ta’ 2-0.

Kienet logħba fejn il-Maltin setgħu ħarġu bil-punti speċjalment meta l-Polonja kienu qed jilagħbu b’10 plejers bil-Maltin ifallu opportunità ta’ skor faċli. F’nofs it-tieni taqsima anke Malta tispiċċa tilgħab b’10 plejers u hemm it-tim tal-Polonja kkontrolla l-logħba.

Minn dak li rajna sa issa fil-logħbiet kollha, il-kontroll tar-referees ma kienx wieħed perfett u wieħed jistaqsi wkoll jekk il-kontroll tar-refeeres jaffettwax l-andament tal-logħba. Ta’ min jgħid li lbierah kien hemm referee Arġentin jikkontrolla logħob tal-UEFA, xi ħaġa li mhux komuni ħafna.

Fl-aħħar logħba tal-kampjonat, Malta tilgħab kontra l-qawwa Portugiża.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com