Ħamrun vs Dinamo Tbilisi

Illejla, fit-tmienja ta’ filgħaxija, ġewwa l-grawnd Nazzjonali Ta’ Qali, Ħamrun Spartans F.C. jilagħbu kontra FC Dinamo Tbilisi fl-ewwel leg tat-tieni rawnd tal-UEFA Conference League. Dinamo Tbilisi huwa l-aktar klabb popolari fil-Georgia fejn għandhom ir-rekord għaliex rebħu t-titlu ta’ pajjiżhom dsatax-il darba. Huma jinsabu f’dan ir-rawnd wara li fl-ewwel rawnd taċ-Champions League, sfaw eliminati minn Astana, tim b’saħħtu fil-Kazakhstan.
Għat-tim tal-Ħamrun, din jaf ma tkunx logħba faċli u wieħed jistenna li ser joħorġu bl-aqwa tim sabiex jiksbu riżultat tajjeb u b’hekk imorru l-Georgia fil-ġimgħa li ġejja biċ-ċans li jikkwalifikaw. Il-ġimgħa l-oħra, Ħamrun kienu eliminati miċ-Champions League mit-tim Maccabi Haifa, tim tajjeb fl-Iżrael.