Il-Juventini taċċettawh lil Lukaku? L-Interisti jaħfrulu kieku?

 Il-Juventini taċċettawh lil Lukaku? L-Interisti jaħfrulu kieku?

Bejn il-lejl tal-Ġimgħa u tal-lum l-ewwel fl-Italja mbagħad mal-Ewropa ħarġet l-aħbar li Romelu Lukaku, l-istilla Belġjana ta’ Chelsea li s-sena l-oħra lagħab ma’ Internazionale Milano kellu kuntatti ma’ Juventus. 

Inter li ilhom għall-aħħar ġimgħat jinnegozjaw ma’ Chelsea għall-attakkant Belġjan ilbieraħ waslu fi ftehim mal-klabb Ingliż għal trasferiment però skont il-midja Taljana meta dawn bdew jippruvaw jagħmlu kuntatt mal-aġenti tal-plejer kif ukoll mal-plejer innifsu ma kien hemmx risposta min-naħa tagħhom. 

Jekk dan huwa veru jew le għalissa ma jistax jiġi konfermat però huwa żgur li din l-istorja mhux se tieqaf hawn u jekk ikun vera li Lukaku jingħaqad ma’ Juventus dan it-trasferiment se jqajjem kjass u storbju kbir fl-Italja. 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com