Malta titlef mal-Portugall u tiġi eliminata

 Malta titlef mal-Portugall u tiġi eliminata

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-19-il sena lbieraħ lagħab l-aħħar logħba tiegħu tal-grupp meta ġewwa l-Gozo Stadium lagħab kontra l-favoriti Portugall u tilef bl-iskor ta’ 2-1.  F’din il-logħba wasal l-ewwel gowl tal-Maltin f’din il-kompetizzjoni permezz tal-attakkant Tuma wara żball tal-goalkeeper Portugiż.

Fil-logħba l-oħra tal-grupp it-tim nazzjonali Taljan spiċċa l-logħba mal-Polonja fi draw ta’ 1-1 biex kienu huma li għaddew għas-semifinali minħabba l-gowls favur.

Illum jintlagħbu wkoll l-aħħar żewġ logħbiet ta’ grupp B  fejn l-Iżlanda jilagħbu kontra l-Greċja u Spanja kontra n-Norverġja.

Ritratt: Fitzpatrick Josef

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com