Teuma trasferit għal kważi 4 miljuni

 Teuma trasferit għal kważi 4 miljuni

Il-plejer internazzjonali Malti Teddy Teuma kien trasferit għall-klabb tal-ogħla diviżjoni Franċiża Stade Reims.

Il-midja internazzjonali kitbet li l-klabb Franċiż ħallas is-somma ta’ 3.60 miljun lill-klabb ta’ Teuma Union Saint Gilloise tal-Belġju.

Teuma li għandu 29 sena beda jilgħab mat-tim nazzjonali Malti fis-sena 2020 u sa issa lagħab 29 logħba u skorja 3 gowls.

Mat-tim ta’ Stade Reims huwa mistenni jilbes il-flokk bin-numru prestiġjuż 10.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com