Min se jasal għall-finali?

Għada tibda l-fażi finali tal-kampjonat Ewropew tal-Under 19 fejn se jintlagħbu ż-żewġ semifinali li se jiddeċiedu min se jilgħab il-finali ta’ nhar il-Ħadd.
Fis-6 ta’ filgħaxija ġewwa t-Toni Bezzina stadium tintlagħab l-ewwel semifinali fejn in-Norveġja jiltaqgħu kontra l-favoriti Portugall.
Fit-tieni semifinali nsibu l-logħba tant mistennija bejn żewġ superpotenzi tal-futbol Ewropew meta Spanja jiltaqgħu kontra t-tim Taljan ġewwa l-grawnd nazzjonali Ta’ Qali.
Din il-logħba mistennija tqajjem interess kbir u mistennija tiġi mxandra kemm l-Italja kif ukoll Spanja. Il-logħba tibda fid-9 ta’ filgħaxija.