Sa issa, nippruvaw inbassru min se jirbaħ u min se jigi relegat. X’taħsbu?
Filwaqt li l-attenzjoni hija mixħuta fuq il-kompetizzjonijiet Ewropej, bħalissa l-klabbs tal-Premier għaddejjin bl-aħħar preparamenti tagħhom sabiex fil-jiem li ġejjin, jibdew it-taħrig għall-istaġun li se jibda f’Settembru. Dan l-istaġun ser ikollu xi tibdil fih, fosthom, li fl-ewwel ħdax jista’ jkun hemm tmien barranin u għalhekk, il-Maltin ser jonqsu għal tlieta. Barra minn hekk, għal xi wħud dan se jkun staġun iebes għaliex dis-sena se jiġu relegati erba’ timijiet sabiex mill-istaġun ta’ wara, il-Premier jintlagħab bejn tnax-il tim.
Ħafna timijiet kienu attivi fis-suq tat-trasferimenti u għalhekk, uħud jinsabu ħerqana sabiex jaraw jekk dawn l-akkwisti ġodda humiex tal-livell mistennija. Jidher li Ħamrun Spartans F.C. huma l-favoriti li jirbħu dal-kampjonat, però, il-klabbs Balzan F.C. u Birkirkara F.C. kapaċi joħolqu sfida. Wieħed ma jridx jinsa l-bdil li wettqu Valletta F.C. u Floriana F.C. u għalhekk bosta għandhom kurżità sabiex jaraw jekk din is-sena hux se tkun storja differenti mill-kampjonat preċedenti. Madankollu, is-suq tat-trasferimenti għadu miftuħ u għalhekk akkwist jista’ jagħmel differenza.
Maħduma fuq l-akkwisti li kien hemm sal-aħħar ġimgħa ta’ Lulju, hawn taħt għandek issib klassifika ta’ kif qed inbassru li ser jispiċċa dan il-kampjonat li ġej:
- Ħamrun Spartans F.C.
- Birkirkara F.C.
- Balzan F.C.
- Floriana F.C.
- Valletta F.C.
- Hibernians F.C.
- Gżira United F.C.
- Marsaxlokk F.C.
- Mosta F.C.
- Sliema Wanderers F.C.
- Santa Lucia F.C.
- Gudja United F.C.
- Sirens F.C.
- Naxxar Lions F.C.